Tuesday, December 24, 2024

Premier Ingliż: Liverpool b’vantaġġ ta’ ħames punti

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Liverpool fetħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq l-eqreb rivali Manchester City meta marru għand Bournemouth u għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0.

Minkejja li għandhom xejn inqas minn tmien players neqsin, Liverpool xorta waħda kienu tajbin biżżejjed biex kisbu dawn it-tliet punti tant importanti.

Wara taqsima mingħajr goals,  ir-Reds iddominaw għal kollox it-tieni taqsima fejn skorjaw erba’ darbiet mingħajr risposta permezz ta’ żewġ doppjetti minn Darwin Nunez (49, 93) u Diogo Jota (70, 79) li kien l-aqwa player fil-ground. 

Sheffield U. v West Ham – Sheffield United laqgħu lil West Ham u temmew fi draw ta’ 2-2 f’logħba mimlija deċiżjonijiet kontroversjali.

Għall-Hammers skorjaw Maxwel Cornet (28) u James Ward-Prowse (79 pen) filwaqt li għall-Blades wieġbu Ben Brereton (44) u Oliver Mc­Burnie (102) liema goal wasal minn penalty ivvintat.

Iż-żewġ timijiet kellhom player imkeċċi – Rhian Brewster (93) għal Sheffield u Vladimir Coufal (97) għal West Ham.

Ekonomija

Sport