Fil-Premier League Ingliż, Manchester City biss baqgħu b’punti massimi hekk kif filwaqt huma għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 2-1, min-naħa tagħhom Liverpool sfaw megħluba f’darhom bl-iskor ta’ 1-0 minn Nottingham Forest.
Man City v Brentford – Manchester City dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 2-1 biż-żewġ goals jaslu mis-solitu Erling Haaland (19, 32) li bħal donnu ħadd ma jista’ jwaqqfu.
Kien Yoane Wissa li fetaħ l-iskor għall-Bees proprju fl-ewwel minuta.
Liverpool v Nottm F. – Kontra kull mistenni, Liverpool sfaw megħluba f’darhom minn Nottingham Forest bl-iskor ta’ 1-0 bil-goal li ddeċieda l-logħba jasal minn Callum Hudson-Odoi (72).
Ftit qabel, Luis Diaz ġie mċaħħad mil-lasta għal Liverpool.
Southampton v Man Utd – Manchester United insew id-diżappunt tat-telfa kontra Liverpool hekk kif marru għand Southampton u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-0.
Iż-żewġ goals ġew minn Matthijs de Ligt (35), Marcus Rashford (41) u Alejandro Garnacho (90+5) wara li l-goalkeeper Andre Onana salva penalty mogħti mill- player ta’ Southampton, Cameron Archer (33).
Fid-79 minuta, is-Saints kellhom lil Jack Stephens imkeċċi għal foul fuq Garnacho.
Brighton v Ipswich – Brighton laqgħu lil Ipswich u ġew miżmuma fi draw ta’ mingħajr goals.
Minkejja li kellhom ħafna mil-logħob, huma ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja.
C. Palace v Leicester – Crystal Palace u Leicester City qasmu erba’ goals fi draw ta’ 2-2.
Leicester ħadu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Jamie Vardy (21, 46) iżda doppjetta ta’ Jean-Philippe Mateta (47, 92 pen) salvat ir-riżultat għall-Palace.
Fulham v West Ham – Fulham u West Ham temmew fi draw ta’ 1-1. Raul Jimenez (24) fetaħ l-iskor għal Fulham iżda Danny Ings (91) kiseb id-draw għall-Hammers.
Aston Villa v Everton – Aston Villa dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Everton 3-2, b’goals minn Ollie Watkins (36, 58) u Jhon Duran (76) wara li Dwight McNeil (16) u Dominic Calvert-Lewin (27) skorjaw għat-Toffees.