Wednesday, October 9, 2024

Serie A: Juventus ifallu żewġ punti għand Empoli

Aqra wkoll

Fis-Serie A, Juventus qab­żu waħedhom fil- quċċata hekk kif marru għand Empoli u spiċċaw fi draw ta’ mingħajr goals.  

Dan ifisser ukoll li huma fallew żewġ punti importanti minħabba li llum jistgħu jiġu maqbuża minn Inter meta jirkupraw partita hekk kif imorru jilagħbu għand Monza. 

Il-coach, Thiago Motta, ta d-debutt mill-bidu lill-erba’ akkwisti l-ġodda,  Teun Koopmeiners, Nico Gonzalez, Douglas Luiz u Pierre Kalulu, iżda ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xib­ka avversarja minħabba li sabu quddiemhom team dixxiplinat u determinat. 

Como v Bologna – Como laqgħu lil Bologna u temmew fi draw ta’ 2-2 wara li tilfu vantaġġ ta’ żewġ goals. 

Il-goals ta’ Como waslu minn auto-goal ta’ Nicolo Casale (5) u Patrick Cutrone (53). Iżda r-reazzjoni ta’ Bologna waslet fl-aħħar kwarta hekk kif Santiago Castro (76) naqqas il-marġni filwaqt li fil-91 minuta Sa­muel Iling-Junior skorja d-draw drammatiku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport