Fil-Premier League Ingliż, Manchester City telgħu żewġ punti taħt il-leaders Liverpool meta marru għand Newcastle United u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2 bil-goal tar-rebħa jasal proprju fit-92 minuta mis-sostitut Oscar Bobb.
Iż-żewġ goals l-oħra waslu minn Bernardo Silva (26) u Kevin De Bruyne (74) filwaqt li Alexander Isak (35) u Anthony Gordon (37) xeħtu temporanjament lill-Magpies fil- vantaġġ.
Chelsea v Fulham – Chelsea għelbu lil Fulham bl-iskor minimu ta’ 1-0 biex din kienet ir-raba’ rebħa konsekuttiva f’darhom mill-2020.
L-uniku goal tal-partita wasal fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima meta l-Pensioners ingħataw penalty wara li Raheem Sterling twaqqa’ minn Issa Diop.
Mill-11-il metru, Cole Palmer xeħet lill-goalkeeper, Bernd Leno, fuq in-naħa l- ħażina.
Burnley v Fulham – Fil- partita li ntlagħbet tard il-Ġimgħa filgħaxija, Burnley u Fulham temmew fi draw ta’ 1-1 b’mod mill-aktar kontroversjali.
Wara li Zeki Amdouni (36) fetaħ l-iskor għal Burnley, Luton kisbu d-draw fit-92 minuta minn daqqa ta’ ras ta’ Carlton Morris … wara li Elijah Adebayo deher jikkommetti foul fuq il-goalkeeper ta’ Burnley, James Trafford.
Iżda l-goal ġie konvalidat mill-VAR b’mod mill-aktar inkredibbli.