Saturday, May 4, 2024

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi wara ħabta f’Ħal Luqa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li għall-ħabta tal-00.15am il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Ewwel Titjira, Ħal Luqa.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Hyundai Accent misjuqa minn raġel ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq u Mercedes Benz C220 misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti l-Gudja.

Il-persuni involuti ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura, fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Aktar kmieni: Mill-inqas persuna l-isptar wara ħabta f’Ħal Kirkop

Mill-inqas persuna kellha tiddaħħal l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi li seħħet għall-ħabta tal-12:15 a.m.

Il-pulizija kellha tagħlaq t-triq temporanjament wara li waħda mill-persuni involuti spiċċat maqbuda fil-karozza.

Madanakollu ninsabu infurmati li t-triq tinsab mill-ġdid miftuħa għat-traffiku għalkemm għal xi ħin nġemgħet konġestjoni kbira tat-traffiku.

12:45 a.m: Persuna maqbuda f’karozza wara ħabta f’Ħal Kirkop

Numru ta’ uffiċjali jinsabu involuti f’ħidma biex isalvaw persuna li sfat maqbuda f’karozza wara ħabta li seħħet ftit tal-ħin ilu fil-limiti tal-mini ta’ Ħal Kirkop.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb talk.mt jidher li hemm Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u timijiet mediċi mill-isptar Mater Dei li jinsabu għaddejjin b’ħidma kollaborattiva fuq il-post wara ħabta bejn żewġ karozzi.

Aktar informazzjoni kif taslilna…

Sport