Wednesday, December 25, 2024

Premier Ingliż: Man City umiljati minn Tottenham

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City ġew umiljati minn Tottenham Hotspur meta f’darhom sfaw megħluba bl-iskor ta’ 4-0, biex din kienet it-tielet telfa konsekuttiva fil-kampjonat.

Il-goals ta’ Spurs waslu minn doppjetta ta’ James Maddison (13, 20), Pedro Porro (53) u Brennan Johnson (93).

Jekk illum Liverpool jirbħu lil Southampton jiftħu vantaġġ ta’ tmien punti.

Leicester v Chelsea – Barra minn darhom Chelsea għelbu lil Leicester bl-iskor ta’ 2-1.

Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Nicolas Jackson (15) u Enzo Fernandez (75) filwaqt li Jordan Ayew (92 pen) naqqas il-marġni għall-Foxes.

Arsenal v Nottm F. – Arsenal laqgħu lil Nottingham Forest u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0 bil-prota­gonisti jkunu Bukayo Saka (15), Thomas Partey (52) u Ethan Nwaneri (86).

Bournemouth v Brighton – Brighton marru għand Bournemouth u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Joao Pedro (4) u Kao­ru Mitoma (49) filwaqt li David Brooks (92) wieġeb għaċ-Cherries. 

Brighton kellhom lil Carlos Baleba (60) imkeċċi għal żewġ karti sofor.

Aston Villa v C. Palace – Aston Villa ħadu daqqa ta’ ħarta fit-tentattiv li jkom­plu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions Lea­gue meta f’darhom sfaw miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Crystal Palace.

Għall-Palace skorjaw Ismaila Sarr (4) u Justin Devenny (45) filwaqt li Ollie Watkins (36) u Ross Barkley (77) wieġbu għall-Villans li fallew penalty minn Youri Tielemans (44).

Everton v Brentford – Everton u Brentford spiċ­ċaw fi draw ta’ mingħajr goals, bi Brentford jilagħbu  għal aktar minn taqsima bi player inqas meta tkeċċa Christian Norgaard (42).

Fulham v Wolves – Wolves kisbu rebħa mill- aktar importanti fil-ġlieda għas-salvazzjoni me­ta mar­ru fi Craven Cottage u għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 4-1, b’goals ta’ Matheus Cunha (31, 87),  Joao Gomes (53) u Goncalo Guedes (93) wara li Alex Iwobi (20) fetaħ l-iskor għat-team ospitu.

Ekonomija

Sport