Friday, December 13, 2024

Sliema Wanderers jibqgħu jżommu l-kuntatt

Aqra wkoll

Sliema W. ………3

Hibernians ……..0

Minn Cristian Muscat

Sliema W. komplew jikkonvinċu bis-sħiħ u għelbu lil Hibernians bl-is­kor ta’ 3-1.

B’din ir-rebħa huma komplew jixħtu l-pressjoni fuq il-leaders Birkirkara u Floriana li jinsabu fit-tieni post rispettivament.

Min-naħa l-oħra, b’din it-telfa t-team mir-Raħal Ġdid ħa skoss qawwi fit- tentattiv li jkompli jisfida biex jirbaħ din l-ewwel fażi wara li ma approfittax miż-żelqa tal-Karkariżi.

Kienu Hibernians li ħolqu l-ewwel periklu meta wara biss minuta, xutt dja­gonali ta’ Alex Bruno Da Silva għadda żbrixx mal-lasta.

Sliema wieġbu żewg minuti wara f’liema azzjoni fetħu l-iskor meta Jonata Bastos għadda tajjeb lejn ADAM MAGRI OVEREND li bil-kalma kollha xeħet il-ballun fix-xibka.

Il-Pawlisti ppruvaw jagħmlu reazzjoni li waslet fl-10 minuta meta xutt mil-lemin ta’ Alex Bruno Da Silva Souza għadda għoli.

Madankollu, fil-35 minuta, il-Wanderers rduppjaw meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Steve Pisani, Jean Borg niżżel il-ballun bir-ras lejn GUSTAVO ALCINO li permezz ta’ xutt mill-ewwel minn taħt i-lasti ma żbaljax.

Fit-53 minuta, il-Blues resqu viċin meta xutt ta’ Jonata Bastos ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper Pablo Sanchez Nino.

Minuta biss wara, id-di­fensur tal-Wanderers, My­les Beerman, seraq il- ballun barra l-kaxxa iżda t-tentattiv tiegħu kien wie­ħed dgħajjef biex ma nkwadrax il-lasti.

Min-naħa tagħhom, il- Pawlisti ma tawx ruħhom b’mirbuħa u proprju, fis-60 minuta, huma ġew ippremjati  meta naqqsu l-marġni tal-iskor hekk kif Jurgen Degabriele indirizza cross għan-nofs li sab lil ALEX BRUNO DE SOUZA SILVA li permezz ta’ xutt mill-ewwel ma ħafirx.

Peró, il-Pawlisti bilkemm kellhom ċans jifirħu għal dan il-goal li l-Wanderers  ma reġgħux fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals hekk kif tliet minuti biss wara, Steve Pisani għadda through pass lejn MOHAMED AWAD li kellu l-ewwel tentattiv tiegħu imblukkat minn Sanchez Nino iżda mir-rebound l-istess attakkant minn New Zealand iddepożita l-ballun fix-xibka.

Sliema komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

sliema W.: 12-Kelvin Agu Emeka, 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend, 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley (5-Neil Frendo 76), 31-Henrique Murilo, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani (18-Sergio Filipe Da Silva 88), 77-Mohamed Awad (9-Vito Plut 71), 97-Jonatan Bastos (33-Geoffrey Edwin Achemapong 71)   – Coach: Paul Zammit

HIBERNIANS: 1-Pablo Nino Sanchez, 2-Kleiton (20-Federico Falcone 71), 4-Alfred Silas (17-Isaiah Ckukunyere 71), 5-Kurt Shaw, 8-Rodrigo Fraga (6-Lucas Caruana 83), 10-Jurgen Degabriele (14-Dexter Xuereb 71), 11-Bjorn Kristensen, 21-Alex Bruno De Souza Silva, 29-Giannis Bastianos, 44-Henrique Nunes Silva, 99-Gabriel Fernandes – Coach: Branko Nisevic

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: A. Magri Ove­rend 3, G. Alcino 35, M. Awad 63 (SW); A. Bruno De Silva Souza 60 (H) 

AMMONITI: K. Fraga, K. Shaw, F. Carvalho (H); G. E Acheampong, A. Magri Overend (SW)

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport