Thursday, December 19, 2024

Premier Ingliż: Manchester United jirreġistraw ir-raba’ rebħa konsekuttiva

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester United fetħu beraħ in-naħa ta’ fuq tal- klassifika meta laqgħu lil-leaders Arsenal u rebħulhom bl-iskor ta’ 3-1 minkejja li dawn tal-aħħar kellhom goal imħassar meta l-iskor kien għadu ma nfetaħx.

B’hekk filwaqt li r-Red Devils kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva … huma taw l-ewwel telfa lill-Gunners wara ħames rebħiet infila.

Il-protagonista kien Marcus Rashford li skorja doppjetta filwaqt li l-akkwist il-ġdid, Antony, inkuruna d-de­butt tiegħu billi fetaħ l-iskor fit-35 minuta wara kon­trattakk veloċi.

Peró, meritatament Arsenal kisbu d-draw minn Bu­kayo Saka (60). 

U meta l-Gunners kienu qed jilagħbu l-aħjar football minħabba li wara dan il-goal bdew jiddominaw … proprju Marcus Rashford (66, 75) ta t-tliet punti importanti lill-United li b’din ir-rebħa issa telgħu fil-ħames post tal-klassifika, b’distakk ta’ tliet punti mill-istess Arsenal. 

Brighton v Leicester – Il-manager ta’ Leicester City, Brendan Rodgers, jinsab ferm viċin li jitkeċċa meta t-team tiegħu safa megħlub minn Brighton bl-iskor ta’ 5-2 biex b’hekk baqa’ ankrat f’qiegħ il-klassifika b’punt wieħed biss.

Il-goals tas-Seagulls waslu minn auto-goal ta’ Luke Thomas (10), Moises Caicedo (15), Leandro Trossard (64) u Alexis MacAllister (71 pen, 92).

Kelechi Iheanacho (1) u Patson Daka (33) skorjaw għall-Foxes.

Ekonomija

Sport