Fil-Premier League Ingliż, Newcastle United rebħu l-aqwa partita tal-ġurnata meta għelbu lil Arsenal 1-0 b’mod mill-aktar kontroversjali.
Dan minħabba li fl-azzjoni tal-goal, skorjat minn Anthony Gordon fl-64 minuta, il-ballun ħareġ kollu mill-ground iżda l-VAR ma ndunax b’din l-illeglitá!!!
Brentford v West Ham – Brentford ospitaw lil West Ham u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2.
Il-goals ta’ Brentford ġew skorjati minn Neal Maupay (11), auto-goal ta’ Konstantinos Mavropanos (55) u Nathan Collins (69) filwaqt li Mohammed Kudus (19) u Jarrod Bowen (26) wieġbu għall-Hammers.
Burnley v C. Palace – Crystal Palace marru għand Burnley u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Jeffrey Schlupp (22) u Tyrick Mitchell (94).
Everton v Brighton – Everton ħadu skoss fit-tentattiv li jkomplu jissieltu għas-salvazzjoni meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Brighton.
Kien Vitaliy Mykolenko (7) li fetaħ l-iskor għat-Toffees iżda s-Seagulls kisbu d-draw minn auto-goal ta’ Ashley Young (84).
Man City v Bournemouth – Manchester City telgħu fl-ewwel post tal-klassifika wara li kellhom passiġġata meta f’darhom ma sabu l-ebda diffikultá biex għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 6-1, bil-protagonisti jkunu, Jeremy Doku (30), Bernardo Silva (33, 83), Manuel Akanji (37), Phil Foden (64) u Nathan Ake (88).
L-uniku goal taċ-Cherries ġie skorjat minn Luis Sinisterra (74).
Sheffield U. v Wolves – Sheffield United irreġistraw l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Wolves bl-iskor ta’ 2-1 li pattew qares wara li fallew bosta ċansijiet ta’ skor.
Cameron Archer (72) u Oliver Norwood (100 pen) skorjaw għall-Blades filwaqt li Jean-Ricner Bellegarde (89) kiseb id-draw momentarju għal Wolves.