Fil-Premier League Ingliż, Arsenal irritornaw fil-quċċata tal-klassifika meta marru għand Brentford u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0.
F’dan il-konfront, il-Gunners wettqu record meta ntroduċew lill-player Ethan Nwaneri … li huwa l-iżgħar player li qatt lagħab fil-Premier League … fl-etá ta’ 15-il sena, 3 xhur u 18-il ġurnata. Huwa daħal bħala sostitut fil-ħin miżjud minflok Fabio Vieira.
Huma fetħu l-iskor fis-17-il minn daqqa ta’ ras ta’ William Saliba mill-corner ta’ Bukayo Sako.
Imbagħad fit-28 minuta, huma rduppjaw meta Granit Xhaka xeħet cross lejn Gabriel Jesus li b’daqqa ta’ ras b’saħħitha għeleb lill-goalkeeper, David Raya.
Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Fabio Vieira skorja l-ewwel goal tiegħu għal Arsenal meta b’xutt minn 25 metru ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tal-Bees isalva.