Naxxar Lions ….1
Floriana ………..3
Minn Cristian Muscat
Floriana kellhom bidu pożittiv għal dan l-istaġun meta għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 3-1 li kienu sfida denja hekk kif setgħu kisbu d-draw wara li kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals.
Il-Greens setgħu fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti iżda Jake Grech falla l-mira mill-viċin.
Fis-17-il minuta huma fetħul l-iskor meta mill-crss ta’ Jose Teixeira, MUSTAPHA JAH mill-viċin mattar siequ u tefa’ fix-xibka.
Fis-27 minuta, Floriana rduppjaw meta JOSE TEIXEIRA venven free-kick li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper żagħżugħ ta’ Naxxar, Matthias Debono, isalva.
Naxxar wieġbu għall-ewwel darba fis-36 minuta, b’xutt ċentrali ta’ Edward Bolanos Angulo.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Naxxar ħarġu ferm aggressivi u fis-47 minuta Bolanos kellu x-xutt b’saħħtu tiegħu mill-viċin imdawwar f’corner bi bravura mill-goalkeper Portugiż ta’ Floriana, Guilherme Cioletti. Mill-corner li rriżluta, Bolanos kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tistama mal-wieqfa, bil-Greens jeħilsuha ħafif.
Fit-53 minuta, il-Lions naqqsu l-marġni tal-iskor meta MARIANO MATHEUS SILVA BATISTA approfitta minn żball difensiv u b’eleganza spara xutt fil-baxx li ntemm fir-rokna tax-xibka.
Huma xeħtu kollox fuq l-attakk u fis-60 minuta kienu għoddhom kisbu d- draw meta Bolanos evita d-daħla ta’ Aleandro Garzia iżda l-konklużjoni tiegħu għaddiet ftit barra.
Peró, fit-68 minuta kienu Floriana li ssiġillaw ir-rebħa meta minn azzjoni ta’ corner, IAGO MENDONCA kompla l-ballun għal ġewwa bir-ras.
Fit-78 minuta, il-Greens setgħu għalqu l-partita iżda minn pożizzjoni ferm ideali Jake Grech falla l-mira.
NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 5-Felipe Goncalves, 8-Neil Pace Cocks (28-Giuseppe Bonanno 82), 11-Joao Victor Dos Santos (16-Juan Jose Reyes 46), 13-Matheus Batista, 14-Christian Gauci (7-Mark Fenech 83), 18-Edward Bolanos Angulo (17-Kayne Haber 82), 19-Rosiel Pereira Da Silva, 22-Christian Nganmini, 30-Amiel Sekala (9-Alexandro Firmino 46), 33-Joao Vitor Cardoso Moura – Coach: George Vella
FLORIANA: 23-Guilherme Cioletti, 2-Lucas Emmanuel Lopez, 8-Jake Grech (7-Antiago De Flavia 88), 10-Federico Varela, 12-Dunstan Vella (94-Rui Areias 73), 19-Mustapha Jah (70-Mattia Veselji 73), 22-Jose Teixeira (11-Zachary Scerri 65), 24-Charles M’Mombwa, 25-Julian Gonzalo Gamarra, 34-Iago Mendonca, 77-Aleandro Garzia – Coach: Daniel Portela
referee: Matthew Degabriele
ASS. refereeS: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja
RABA’ UFF: Emanuel Grech
SKORERS: M. Jah 17, J. Teixeira 27, I. Mendonca 68 (F), M. M. Silva Batista 53 (NL)
AMMONITI: J.V. Moura Cardoso (N), J.J. Reyes, C. M’Mombwa (F)
PLAYER TAL-LOGĦBA: Charles M’Mombwa (F)