Saturday, October 19, 2024

Premier League: Birkirkara jsaħħu l-ewwel post

Aqra wkoll

Birkirkara ….….3

Hamrun S. …….2

Minn Cristian Muscat

Birkirkara saħħew il-quċċata tal-klassifika tal-Premier League b’rebħa meritata ta’ 3-2 fuq Hamrun Spartans li min-naħa tagħhom komplew jiddiżappuntaw biex huma biss id-dell tal-forma li fl-istaġun preċedenti għamlit­hom champions. 

B’din ir-rebħa issa l-Istripes fetħu vantaġġ ta’ 11-il punt fuq l-Ispartans li jinsabu fil-ħames post.

Hamrun għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss 45 sekonda rebħu penalty meta Chris Ondong twaqqa’ fil-kax­xa … u mill-11-il metru LUKE MONTEBELLO xeħet fix-xibka biex dan kien l-ewwel goal li l-Karkariżi sofrew wara sitt clean sheets konsekuttivi.

Fl-24 minuta, il-coach Taljan ta’ Hamrun Alessandro Zinnari kien kostret jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Sven Xerri biex fil-post tiegħu daħal Mattias Ellul.

Birkirkara bdew jipproduċu logħob sabiħ u, fit-36 mi­nuta, kisbu d-draw meta x-xutt ta’ Maxuell Maia ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper, Henry Bonello, biex ALEX SATARIANO b’opportuniżmu kbir xeħet il-ballun fix-xibka.

Fit-42 minuta, Birkirkara marru fil-vantaġġ meta b’intelliġenza kbira, Satariano  għadda pass delizzjuż lejn GISLAIN YIKPE li żmarka lilu nnifsu u sab l-ispazju biex spara l-ballun fix-xibka.

U ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Birkirkara skorjaw it-tielet goal  minn azzjoni personali ta’ ALEX SATARIANO li qabeż tliet players avversarji qabel xeħet il-ballun fix-xibka.

Fit-68 minuta Hamrun appellaw għall-penalty meta s-sostitut Raphael Lopes deher li allegatament twaqqa’ fil-kaxxa iżda kien kollox normali għar-referee, Philip Farrugia.

Fid-79 minuta, Hamrun naqqsu l-marġni tal-iskor  meta SHAISEN ATTARD ap­profitta minn indeċiżjoni fid- difiża avversarja u b’xutt fil-baxx għeleb lil Volpe.

BIRKIRKARA: 1-Giacomo Volpe, 3-Ignacio Morello, 5-Agustin Sandona, 6-Leonel Gaitan, 8-Paul Mbong (77-Maicon De Souza Da Silva 71), 20-Alex Satraiano, 24-Lautaro Lacunza, 25-Neil Micallef, 27-Alessandro Coppola (30-Nathan Cross 48), 91-Maxuell Maia, 93-Gislain Yikpe   – Coach: Stefano De Angelis

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 5-Sven Xerri (3-Mattias Ellul 25), 7-Luke Montebello (99-Raphael Lopes 62), 9-Chris Ondong, 10-Joseph Essien Mbong, 12-Roko Prsa, 14-Elionay Freitas Da Silva (8-Talison Lui Barbosa 62), 17-Wendel Da Silva Barros (77-Shaisen Attard 46), 25-Ederson Bruno Domingos (28-Juan Carlos Corbalan 46), 33-Mayron, 94-Ryan Camenzuli – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Luke Portelli, James Muscat

RABA’ UFF: Ishamel Barbara

SKORERS: L. Montebello pen. 2, S. Attard 79 (HS), A. Satariano 36, 50, G. Yikpe 42 (B)

AMMONITI:  A. Coppola, L. Lacunza (B), C. Ondong, J. E. Mbong (HS)

Premier League: Birkirkara jsaħħu l-ewwel post

Birkirkara …….3

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport