Saturday, August 23, 2025

Premier League: Floriana jirreġistraw it-tieni rebħa konsekuttiva

Aqra wkoll

Tarxien Rainbows …0

Floriana ……………..1

Minn Cristian Muscat

Floriana kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-Malta Premier League meta għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor minimu ta’ 1-0 liema riżultat seta’ kien akbar li kienu l-Furjaniżi kienu aktar preċiżi fil-konklużjonijiet tagħhom.

Peró, mil-lat pożittiv huma jidhru li se jkunu qed jissieltu għall-postijiet fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika.

Fis-seba’ minuta, il-coach Portugiż ta’ Floriana Daniel Portela kien kostrett jeffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ Aleandro Garzia biex minfloku daħal jilgħab Mattia Veselji.

 Kienu l-Greens li ħolqu l-ewwel periklu fil-11-il mi­nuta meta Francisco Teixiera kellu xutt mid-distanza li ntemm għoli.

Fil-21 minuta, il-Greens resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta s-sostitut Veselji kellu t-tentattiv tiegħu mill-viċin salvat prattikament minn fuq il-linja minn Luc Mag­som Zango biex evita goal ċert.

Il-Furjaniżi komplew jippressaw u fit-32 minuta,  Jake Grech xeħet cross b’Federico Varela jkollu d-daqqa ta’ ras mill-viċin salvata mill-goalkeeper, Andrea Vella.

Erba’ minuti wara, Floriana fetħu l-iskor meta Tei­xeira avvanza  fil-kaxxa, xeħet cross fil-baxx lejn RUI MANUEL AREIAS li antiċipa lill-avversarju dirett tiegħu Zamgo, u mill-viċin ħasad għal kollox lil Cassar.

Fit-43 minuta,Teixeira reġa’ sab lil Areias li kellu x-xutt tiegħu mblukkat mill-player ta’ Tarxien, Marcus Grima.

Ir-ritmu tal-partita naqas ferm fit-tieni taqsima fejn anke forsi kawża tas-sħana tremenda li bħalissa qed taħkem fuq il-Gżejjer Maltin matul dan iż-żmien tas-sena, hekk kif bdiet tinħass ċerta għejja fost iż-żewġ settijiet ta’ players.

Kien biss fit-80 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota f’din it-taqsima, bi Floriana joħolqu l-periklu, meta Varela indirizza cross li sab lil Mustapha bid-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata minn Cassar.

Fil-91 minuta, tkeċċa s-sostitut ta’ Floriana, Zachary Scerri, b’karta ħamra diretta għal foul fuq Zango.

TARXIEN R.: 1-Andrea Cassar, 3-Filipe Willian Salomao, 6-Tiago Francisco Conceicao Santos, 7-Alexandre Octavio Leal De Barros (4-Miguel D’Alessandro 82), 9-Jonata De Oliveira Bastos (99-Johan Alberto Castano 73), 10-Claudio Henrique Da Silva Barbosa, 11-Junior Erico Francisco De Oliveira (29-Kwasi Donsu 70), 23-Huanne Nhaysonn Da Silva Rosa, 27-Luc Magsom Zango, 74-Andreas Vella (17-Gabriel Vella 81), 77-Marcus Grima – Coach: Jaqcues Scerri

FLORIANA: 23-Guilherme Cioletti, 2-Lucas Lopez, 8-Jake Grech, 10-Federico Varela, 12-Dunstan Vella (11-Zachary Scerri 71), 22-Francisco Teixeira, 24-Charles M’Mombwa, 25-Julian Gonzalo Gamarra, 34-Iago Mendonca, 77-Aleandro Garzia (70-Mattia Veselji 7), 94-Rui Manuel Areias (19-Mustapja Jah 61) – Coach: Daniel Portela

referee: Daniel Portelli

ASS. refereeS: James Muscat, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Glen Tonna

SKORER:  R. M. Areias 36 (F)

AMMONITI:  C. M’Mombwa, I. Mendonca, M. Jah (F), N. H. da Silva Rosa, K. Donsu, C. H. Da Silva Barbosa, J. A. Castano (T)

TKEĊĊA:  Z. Scerri 91 (F)

PLAYER TAL-LOGĦBA:  Rui Manuel Areias (F)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport