Hibernians …….5
Gzira United …..3
Minn Cristian Muscat
F’partita mill-aktar spettakolari li kien fiha xejn inqas minn tmien goals, Hiernians għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 5-3.
Fl-ewwel minuti, kienu Gzira li heddew b’żewġ free-kicks ta’ Clayton Failla u Gabriel Bohrer Mentz, li iżda fallew il-mira.
Hibernians wieġbu permezz ta’ konklużjoni ta’ Lucas Villela minn tarf tal-kaxxa li intemmet għoli.
Mumenti wara, il-goalkeeper tal-Maroons innewtralizza cross ta’ Pablo Alves minn fuq ix-xellug.
Man-nofs siegħa logħob, il-Gżirjani resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Johan Bonilla u antiċipa żewġ difensuri, qabel ipprova jqabbeż il-ballun minn fuq il-goalkeeper, Laurentiu Branescu, iżda t-tentattiv tiegħu spiċċa ftit għoli.
Żewġ minuti wara, kienu Hibernians li fetħu l-iskor meta Lucas Villela xeħet cross mil-lemin u JURGEN DEGABRIELE permezz ta’ xutt mill-ewwel mill-viċin tefa’ l-ballun wara Colombo.
Gzira wieġbu fil-35 minuta meta Maxuell Maia xeħet barra wara li rċieva minn cross ta’ Fabricio Silva mix-xellug u minuta mit-tmiem tal-ewwel taqsima, Branescu wettaq save tajjeb fuq cross-shot ta’ Failla.
Eżatt fl-45 minuta, il-Maroons kisbu d-draw meta Maxuell Maia għadda lejnJOHAN BONILLA li kien pront xeħet il-ballun fix-xibka.
Erba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maroons marru fil-vantaġġ meta minn freekick minn Clayton Failla mil-lemin, kien hemm devjazzjoni bil-ballun jasal għand Johan Bonilla li x-xutt tiegħu ġie mblukkat, Fabricio Silva ħa r-rebound iżda t-tentattiv tiegħu ġie mblukkat għal darb’oħra b’JOHAN BONILLA din id-darba jegħleb lil Branescu b’xutt qawwi għar-rokna tax-xibka.
Gzira kienu għddhom żiedu goal ieħor fil-54 minuta meta Fabricio Silva Virgens irċieva minn cross ta’ Clayton Failla mix-xellug iżda x-xutt djagonali tal-Brażiljan għadda għoli.
Madankollu żewġ minuti wara, il-Maroons ma kellhom xjiġu mċaħħda meta Clayton Failla żmarka lil Fabricio Silva fuq ix-xellug, bil-goalkeeper tal-Pawlisti Branescu fit-tentattiv biex iwaqqaf il-ġirja ta’ Silva ħabat mad-difensur Pedrao, it-tnejn spiċċaw mal-art, Maia rritorna l-ballun lil FABRICIO SILVA li l-ewwel tentattiv tiegħu ġie mblukkat minn difensur iżda mbagħad irnexxielu jpoġġi l-ballun fix-xibka.
Kemm Branescu kif ukoll Pedrao kellhom jiġu sostitwiti u dan tal-aħħar iddaħħal l-isptar. Huma ġew sostitwiti minn Hugo Sacco u Matthew Ellul.
Hibernians naqqsu d-distakk fit-63 minuta. Dan meta il-captain ta’ Gabriel Bohrer Mentz ikklerja l-ballun minn kross mix-xellug u bl-ewwel tentattiv tiegħu, PEDRO CACHO għeleb għal kollox lill-goalkeeper Colombo.
Il-Pawlisti ġabu l-iskor indaqs tliet minuti wara. Dan meta Alfred Silas xeħet kross mil-lemin bid-difiża ta’ Gzira tonqos milli tikklerja l-ballun fis-sigurtà u LUCAS VILLELA xeħet il-ballun wara Colombo.
Ħames minuti mit-tmiem tal-partita, Hibernians qalbu l-iskor favurihom meta Lucas Villela żmarka lil NATHAN MIULLEN fuq il-lemin b’dan javvanza tajjeb fil-kaxxa qabel ma għeleb lill-Colombo b’xutt djagonali.
Iżda d-drama kienet għadha ma ntemmitx hawn hekk kif erba’ minuti wara, id-difiża ta’ Gzira naqset milli tikklerja l-ballun minn cross mix-xellug u LUCAS VILLELA approfitta bis-sħiħ billi xeħet il-ballun fix-xibka.
HIBERNIANS: 1-Laurentiu Branescu (30-Hugo Sacco 61), 4-Alfred Silas (21-Alex Bruno De Souza Silva 78), 7-Lucas Villela, 9-Natha Carvalho (6-Lucas Caruana 88), 10-Jurgen Degabriele (14-Dexter Xuereb 78), 11-Bjorn Kristensen, 13-Joao Teixeira, 16-Aiden Zammit, 18-Pablo De Lima, 41-Augusto Alves Da Silva, 44-Henrique Nunes Silva (23-Matthew Ellul 61) – Coach: Branko Nisevic
GZIRA U.: 33-Edoardo Colombo, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 4-Esteban Fonseca Brenes (9-Andre Carlos Penha Da Costa 46), 6-Andrew Borg (30-David Xuereb 70), 10-Maxuell Maia, 13-Clayton Failla, 14-Luis Carlos Riascos, 19-Jork Eblin Becerra, 22-Marc van de Font Bovenkamp, 57-Johan Bonilla (7-Santiago Martinez Perlaza 76), 98-Fabrico Silva – Coach: Clive Mizzi
referee: Glenn Tonna
ASS. refereeS: Luke Portelli, Kurt Saliba
RABA’ UFF: Joseph Scerri
SKORERS: J. Degabriele 32, P. A. Cacho Alves Da Silva 63, L. Villela Lapert 66, 89, M. N. Felicio Carvalho 85 (H), J. Bonilla 45, 49, F. Silva Viregens 56 (GU)
AMMONITI: F. Silva (G), L. Lapert, P.A. Cacho Alves Da Silva, P. H. Nunes Silva (H)
PLAYER TAL-LOGĦBA: J. Bonilla (Gzira U.)