Il-leaders Arsenal fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fuq Manchester City meta laqgħu lil Crystal Palace u rebħulhom bl-iskor ta’ 4-1.
Il-Palace, matul il-ġimgħa li għaddiet keċċew lill-coach Patrick Vieira, għadhom l-uniku team li ma rebaħx f’din is-sena kalendarja biex issa jinsabu wkoll fil-periklu tar-relegazzjoni.
Peró, huma kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta fis-seba’ minuta, Wilfred Zaha ġie mċaħħad mil- lasta.
Ta’ dan in-nuqqas kien Gabrielle Martinelli (28) li xeħet lill-Gunners fil-vantaġġ b’xutt lejn ir-rokna tax-xibka.
Dan kien il-preludju ta’ din ir-rebħa bit-tliet goals l-oħra jaslu minn Bukayo Saka (43, 47) u Granit Xhaka (55) filwaqt li Jeffrey Schlupp (63) wieġeb għall-Palace.