Wednesday, April 24, 2024

Priġunieri jaħdmu eluf ta’ qagħaq tal-appostli … din is-sena anke soft toys

Aqra wkoll

Residenti li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, flimkien ma’ uffiċjali, qed jaħmu aktar minn elf qagħqa tal-Appostli kuljum, flimkien ma’ ħelu ieħor relatat mal-perjodu tar-Randan u l-festa tal-Għid il-Kbir.

Il-priġunieri minn sena għall-oħra juru entużjażmu biex jikkontribwixxu u tant kemm jagħmluhom minn qalbhom, li fuq il-kaxxi din is-sena kellhom miktub “magħmul mill-qalb”. Minbarra li jħarsu ‘l quddiem minn sena għall-oħra, għal uħud mill-priġunieri din l-attività qiegħda titqies bħala opportunità ta’ ħiliet ġodda ladarba jiskontaw is-sentenza tagħhom.

L-attendenza tal-pubbliku li jattendi bi ħġaru biex jixtri minn dawn il-prodotti magħmulin friski tkompli tagħti sodisfazzjon lil dawn ir-residenti li tant huma kburin b’xogħolhom.

Din is-sena, anki l-priġunieri nisa xtaqu jieħdu sehem f’din l-inizjattiva, u fil-fatt, ħadmu xi softoys li kienu qegħdin jinbiegħu mill-istess post. 

Sport