Wednesday, April 24, 2024

Serie A: Napoli jagħtu erbgħa lil Torino

Aqra wkoll

Napoli għamlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal-kampjonat Taljan meta barra minn darhom għelbu lil Torino bl-iskor kbir ta’ 4-0. 

Kif jindika r-riżultat, il-Partenopei ddominaw dan il-konfront fejn skorjaw żewġ goals f’kull taqsima minn doppjetta ta’ Victor Osimhen (9, 51), Khvicha Kvaratskhelia (35 pen) u Tanguy Ndombele (68).

Sport