Saturday, May 18, 2024

Premier League Ingliż: Aston Villa fit-tieni post tal-klassifika

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Aston Villa telgħu fit-tieni post tal-klassifika b’rebħa drammatika ta’ 3-2 fuq Burnley. Huma għandhom punti daqs il-leaders Liverpool iżda b’differenza ta’ goals inferjuri.  

Aston Villa v Burnley – Aston Villa rritornaw għar-rebħ meta ospitaw lil Burnley u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2. 

L-iskorers tal-Villans kie­­­nu Leon Bailey (28), Moussa Diaby (42) u Douglas Luiz (89 pen) filwaqt li Zeki Amdouni (30) u Lyle Foster (71) wieġbu għal Burnley li kel­lhom lil San­der Berge (56) imkeċċi. 

Luton v Chelsea – Chelsea kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta marru għand Luton Town u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2.

Huma fetħu vantaġġ ta’ tliet goals minn Cole Pal­mer (12, 70) u Noni Madueke (37) filwaqt li Ross Barkley (80) u Elijah Adebayo (87) wieġbu għall-Hatters.

C. Palace v Brentford– Crystal Palace għelbu lil Brentford bl-iskor ta’ 3-1, b’goals minn Michael Olise (14, 58) u Eberechi Eze (39) wara li Keane Lewis-Potter (2) fetaħ l-iskor għall-viżitaturi. 

Man City v Sheffield U.– Manchester City kellhom jitħabtu biex għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Rodri (14) u Julian Alvarez (61).

Wolves v Everton– Wolves kienu fi klassi għalihom biex għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 3-0, b’dawn tal-aħħar issa daħlu fil-periklu meta jinsabu punt wieħed biss fuq iż-żona tar-relegazzjoni. 

It-tliet goals ġew skorjati minn Max Kilman (25), Matheus Cunha (53) u Craig Dawson (61)

Sport