Saturday, September 27, 2025

Premier League Ingliż: Il-leaders Liverpool b’partita diffiċli għand Crystal Palace

Aqra wkoll

Iċ-champions u leaders tal-Premier League Ingliż, Liverpool, se jkunu barra minn darhom meta fi tmiem il-ġimgħa jintlagħab is-sitt programm waqt li t-team ta’ warajhom, Arsenal, jaqsmu l-Ingilterra meta jiltaqgħu kontra Newcastle United fit-tramuntana tal-pajjiż.

L-avversarji ta’ Liverpool huma Crystal Palace li għelbuhom bil-penalties fil-logħba tal-Community Shield u fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru jerġgħu jiltaqgħu f’Anfield fir-raba’ round tal-League Cup.

Liverpool huma l-uniku team b’rekord ta’ 100% fil-kampjonat u qed igawdu vantaġġ ta’ ħames punti fuq tliet timijiet.

Huma se jkunu mingħajr l-attakkant Hugo Ekitike li tkeċċa talli neża’ l-flokk wara li skorja l-goal tar-rebħa kon­tra Southampton fil-League Cup nhar it-Tlieta. Dan ifisser li l-akkwist il-ġdid, Alexander Isak, jista’ jagħmel id-debutt fil-kampjonat wara li fetaħ l-iskor kontra s-Saints.

Il-Palace jinsabu f’qagħda tajba wkoll għax qed jokkupaw il-ħames post, punt wara tliet timijiet.

Il-Gunners se jkunu f’St James Park kontra Newcastle li fis-sajf ġew imħarbta minn Isak li kien determinat għall-aħħar li jitlaqhom ħalli jsieħeb lil Liverpool.

Min-naħa tal-Magpies hu­ma qed jokkupaw it-13-il post b’sitt punti li ġew minn rebħa u tliet draws, bil-ko­lonna tal-goals favur tkun waħda baxxa meta sabu x- xib­ka tliet darbiet biss.

Tottenham se jkunu nvoluti fil-logħba tard tal-lum filgħaxija meta jilqgħu lil Wolves f’Tottenham Sta­dium. Mindu rebħu l-Euro­pa League huma saħħew it-team iżda mill-aħħar ħames logħbiet kontra l-avversarji tal-lum ma rebħux waħda.

Min-naħa ta’ Wol­ves, għad­hom l-uniku team mingħajr punti li huwa rekord negattiv fl-istorja tagħ­hom. Ir-rebħa fil-League Cup kontra Everton tista’ tgħollilhom il-moral għal-logħob immedjat.

Team li jinsab ma’ ta’ fuq huwa dak ta’ Bournemouth li se jmorru f’Elland Road biex jiltaqgħu ma’ Leeds United li ġejjin minn rebħa 3-1 fuq Wolves bi tliet goals f’14-il minuta qabel il-mistrieħ. Iżda ċ-Cherries ġew miżmuma fi draw ta’ 0-0 minn Newcastle.

Chelsea se jkunu fi Stamford Bridge kontra Brighton li jinsabu tliet punti taħt­hom. Il-Blues sfaw megħluba 2-1 minn Manchester United il-Ħadd li għadda waqt li s-Seagulls spiċċaw draw 2-2 kontra Tottenham wara li kienu 2-0 minn fuq.

Manchester City għandhom logħba li ma tidhirx li għandhom ifallu li jieħdu t-tliet punti meta jkunu fl-Etihad Stadium kontra Burnley minkejja li għandhom seba’ u erba’ punti rispettivament.

Is-City kellhom logħba taj­ba l-ġimgħa l-oħra kontra Arsenal fl-Emirates iżda fal­lew it-tliet punti b’goal fl-aħħar ħin mis-sostitut Gab­riel Martinelli li kien għadu dieħel fil-ground. Dan wara li Erling Haaland kien skorja goal stupend minn kontrattakk.

Min-naħa tal-promossi Burnley huma għadhom kisbu biss rebħa u draw u għalhekk għad iridu jissieltu iktar biex jitbegħdu miż-żona l-ħamra.

L-ewwel logħba fil-programm tal-lum tara lil Brentford jilqgħu lil Manchester United. Din hija waħda nċerta għalkemm il-Bees, wara li tilfu lil Bryan Mbuemo u Yoann Wissa lill-Un­ited u lil Newcastle rispettivament, m’għadhomx l- istess forza li kienu f’dawn l-aħħar staġuni.

Wieħed għad irid jara kif se jmur Mbuemo kontra l-eks sħabu meta s‘issa jidher li huwa l-aqwa akkwist li għamel fis-sajf il-manager Ruben Amorin.

Nottingham Forest ġejjin minn logħba diżappuntanti fl-Europa League meta ġew draw 2-2 kontra Real Betis fi Spanja bit-tieni goal li sofrew jasal fil-85 minuta minn Antony, eks United.

Huma se jkunu fis-City Ground kontra Sunderland li bħala team promoss ke­l­lhom bidu tajjeb meta kisbu żewġ rebħiet u żewġ draws u s’intendi tilfu logħba biss. Għalhekk dan il-konfront jidher li se jkun ferm kumbattut.

Logħba b’żewġ timijiet li s’issa kisbu riżultati kuntrastużi hija dik bejn Aston Villa u Fulham fejn tal-ew­wel għandhom tliet punti minn daqstant draws u l-Cottagers żewġ rebħiet u żewġ draws fost telfa waħda.

Anke l-pożizzjoni tagħ­hom hija kuntrastuża meta Fulham qed jokkupaw it-tmien post filwaqt li l-Villans jinsabu fit-18.

Finalment il-logħba li tagħlaq il-programm hija dik tat-Tnejn filgħaxija li fiha Everton jiltaqgħu kontra West Ham fejn anke dawn iż-żewġ timijiet kellhom bidu kuntrastuż meta t-Toffeemen bdew b’seba’ punti u jinsabu fl-10 post b’żewġ reb­ħiet u draw u l-Hammers jinsabu qabel l-aħħar b’reb­ħa waħda fost erba’ telfiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport