Il-midfielder Enzo Fernandez ġie bbuwjat u mgħajjar mill-partitarji ta’ Fulham fii Craven Cottage fl-ewwel partita tal-Premier League ta’ Chelsea.
L-Arġentin daħal bħala sostitut fil-65 minuta u kull darba li mess il-ballun, il-partitarji ta’ Fulham bdew ikantaw “England”.
Ir-reazzjoni kienet marbuta mat-Tazza tad-Dinja, fejn l-Arġentina għelbu lill-Ingilterra fis-semiofinali u wara kien hemm kontroversja dwar banners relatati mal-Gżejjer Falklands. Il-partitarji ta’ Chelsea, min-naħa tagħhom, appoġġjaw lil Fernandez billi kantaw ismu.
Sadanittant, il-futur tiegħu ma’ Chelsea għadu inċert hekk kif Manchester City qed juru interess qawwi fih. Chelsea qed jitolbu madwar £140 miljun għas-servizzi tiegħu.
Is-City jaraw lil Fernandez bħala mira ewlenija, iżda Chelsea mhumiex ħerqana li jbigħu player importanti lil rivali dirett tagħhom mingħajr ma jkunu jistgħu jsaħħu l-iskwadra tagħhom b’alternattiva xierqa.




