Sunday, December 22, 2024

Premier League Ingliż: Liverpool jibqgħu fil-quċċata

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż kollox baqa’ l-istess meta Liverpool u Manchester City irreġistraw rebħa. 

Liverpool v Burnley – Minkejja li ma kienux fl- aq­wa tagħhom, Li­verpool għelbu lil Burnley bl-iskor ta 3-1.

Il-protgonisti kienu Dio­go Jota (31), Luis Diaz (52) u Darwin Nunez (79) filwaqt li Dara O’Shea (45) kiseb id-draw momentarju għal Burnley. 

Man City v Everton– Manchester City laqgħu lil Everton u rebħulhom bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu fit-tieni taqsima, bil-periklu għat-Toffeemen li jiġu relegati jkompli jikber.  

Everton niżlu bi pjan di­fensiv u kien kważi rnex­xielhom iżda huma kellhom iċedu għall-qawwa ta’ Erling Haaland (71, 85) li skorja doppjetta.  

Fulham v Bournemouth– Fulham ospitaw lil Bourne-mouth u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 biex qabżuhom f’nofs il-klassifika. 

L-iskorers kienu Bobby Reid (6) u Rodrigo Muniz (36, 52) li skorja doppjetta filwaqt li Marcos Senesi (50) irrisponda għaċ-Cherries. 

Luton v Sheffield U. – F’partita diretta min-naħa t’is­fel tal-klassifika, f’darhom Luton sfaw megħluba minn Sheffield United bl-iskor ta’ 3-1, bil-goals jaslu minn Cameron Archer (30), Ja­mes McAtee (36 pen) u Vini Souza (72) filwaqt li Carl­ton Morris (52) skorja għat-team ospitu minn penalty. 

Tottenham v Brighton – Tottenham għelbu lil Brigh­ton 2-1 bil-goal tar-rebħa ja­sal fis-96 minuta minn Brennan Johnson wara li Pape Matar Sarr (61) kiseb id-draw għalihom hekk kif Pascal Gross (17 pen) fetaħ l-iskor għal Brighton.   

Wolves v Brentford – Wolves laqgħu lil Brentford u sfaw megħluba bl-iskor ta’ 2-0, bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Christian Norgaard (35) u Ivan Toney (77). 

Nottm F. v Newcastle – Barra minn darhom, Newcastle għelbu lil Nottingham Forest 3-2, b’goals minn Bruno Guimaraes (10, 66) u Fa­bian Schar (43) filwaqt li Anthony Elanga (26) u Callum Hudson-Odoi (45) wieġbu għall-Forest. 

Ekonomija

Sport