Sunday, May 19, 2024

Serie A: Inter ikabbru l-vantaġġ għal seba’ punti

Aqra wkoll

Fis-Serie A, il-leaders Inter kabbru l-vantaġġ għal seba’ punti meta barra minn darhom għelbu lil Roma bl-iskor ta’ 4-2. 

Din ir-rebħa kienet tfisser ukoll l-ewwel telfa għall-coach il-ġdid Romanista, Daniel De Rossi, wara erba’ rebħiet konsekuttivi. 

Francesco Acerbi (17) fetaħ l-iskor għal Inter iżda żewġ goals minn Gianluca Mancini (28) u Stephan El Shaarawy (44) poġġew lil Roma fil-vantaġġ. 

Madankollu tliet goals mingħajr risposta minn Marcus Thuram (49), Angelino (56 og) u Alessandro Bastoni (95) taw it-tliet punti lin-Nerazzurri.  

Salernitana v Empoli – Barra minn darhom, Empoli għelbu lit-team tal-qiegħ il-klassifika, Salernitana, bl-iskor ta’ 3-1. 

Il-goals ġew skorjati minn auto-goal ta’ Alessandro Zanoli (23), M’Baye Niang (88 pen) u Matteo Cancel­lieri (94). 

Cagliari v Lazio – Barra minn darhom Lazio kisbu rebħa komda ta’ 3-1 fuq Cagliari, bil-goals jiġu skorjati minn auto-goal ta’ Alessandro Deiola (26), Ciro Immo­bile (49) u Felipe An­derson (65) filwaqt li Gianluca Gaetano (51) wieġeb għas- Sardi. 

Sport