Liverpool baqgħu jittamaw li jirbħu l-Premier League Ingliż wara li barra minn darhom għebu lil Southampton bl-iskor ta’ 2-1.
B’hekk ir-Reds telgħu punt taħt Manchester City hekk kif nhar il-Ħadd li ġej dawn tal-aħħar jilqgħu lil Aston Villa filwaqt li Liverpool jospitaw lil Wolves.
Rebħa għas-Citizens tkun tfisser li jkunu huma li jirbħu t-titlu.
F’din il-partita kienu s-Saints li fetħu l-iskor minn Nathan Redmond (13) iżda Takumi Minamo (27) u Joel Matip (67) dawru r-riżultat favur it-team immexxi minn Jurgen Klopp.