Tuesday, April 30, 2024

Kylian Mbappe jirrifjuta €100 miljun mingħand Paris SG

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż, Kylian Mbappe, irrifjuta offerta ta’ €100 miljun biex iġedded il-kuntratt ma’ Paris St Germain. 

Fi tmiem l-istaġun huwa se jintemmlu l-kuntratt u l-Pariġi ressqu offerta ta’ €100 miljun għall-firma tiegħu kif ukoll salarju ta’ €1 miljun fil-ġimgħa. 

Iżda l-player ta’ 23 sena rrifjuta dan kollu hekk kif ħabbar li d-destinazzjoni tiegħu hija lejn Real Madrid.

Sport