Wednesday, July 24, 2024

Premier League Ingliż: Liverpool lura fil-quċċata

Aqra wkoll

Liverpool irritornaw fil-quċċata tal-Premier Lea­gue Ingliż wara li għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 3-1.

Liverpool v Sheffield U. – Liverpool jagħmlu l-affari­jiet diffiċli wisq għalihom stess hekk kif iddomi­naw l- ewwel taqsima iżda daħlu jistrieħu b’goal vantaġġ biss skorjat minn Darwin Nunez (17).

U huma ġew ikkastigati taċ-ċansijiet li fallew meta Sheffield United kisbu d-draw minn auto-goal ta’ Conor Bradley (58).

Peró kanunata ta’ Alexis MacAllister (76) u daqqa ta’ ras ta’ Cody Gakpo (90) taw ir-rebħa lir-Reds.

Chelsea v Man Utd – Chelsea ospitaw lil Manchester United u għelbuhom b’mod drammatiku bl-iskor ta’ 4-3 biex dawn tal-aħħar ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions Lea­gue.

Conor Gallagher (4) u Cole Palmer (19 pen) taw vantaġġ doppju lil Chelsea iżda Alejandro Garnacho (34, 67) u Bruno Fernandes (39) dawru l-iskor għar-Red Devils. Iżda Cole Palmer (99 pen, 110) ta r-rebħa lill-Pensioners.

Ekonomija

Sport