Fil-Premier League Ingliż, Manchester City irreġistraw rebħa komda ta’ 5-1 fuq biex telgħu fl-ewwel post.
Huma ma setgħux ikollhom bidu aħjar meta wara biss żewġ minuti marru fil-vantaġġ minn auto-goal sfortunat ta’ Daiki Hashioka.
Peró, is-Citizens kellhom jistennew sal-aħħar kwarta biex jaċċertaw mir-rebħa, bil-goals jaslu minn Mateo Kovacic (64), Erling Haland (76 pen), Jeremy Doku (87) u Josko Gvardiol (94) filwaqt li Ross Barkley (81) wieġeb għall-Hatters.
Newcastle v Tottenham – Newcastle United umiljaw lil Tottenham Hotspur bl-iksor ta’ 4-0 biex dawn tal-aħħar ħadu daqqa ta’ ħarta fit-tentattiv li jkomplu jisfida għar-raba’ post.
Il-protagonista kien Alexander Isak (30, 51) li skorja doppjetta biż-żewġ goals l-oħra jiġu skorjati minn Anthony Gordon (32) u Fabian Schar (87).
Brentford v Sheffield U. – Brentford għamlu pass kbir lejn is-salvazzjoni meta f’darhom għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 2-0 li issa jidher ċar li dawn se jiġu relegati.
Il-goals waslu minn auto-goal ta’ Ollie Arblaster (63) u Frank Onyeka (91).
Burnley v Brighton – Burnley ospitaw lil Brighton u temmew fi draw ta’ 1-1.
B’dan ir-riżultat Burnley baqgħu fil-periklu li jitilfu posthom mal-kbar wara staġun wieħed biss.
Kien Josh Brownhill (74) li fetaħ l-iskor għal Burnley iżda auto-goal ta’ Arijanet Muric (74) salva r-riżultat għat-team immexxi mit-Taljan, Roberto De Zerbi.
Nottm F. v Wolves – Nottingham Forest laqgħu lil Wolves u temmew fi draw ta’ 2-2.
Għal Wolves, Matheus Cunha (40, 62) irreġistra doppjetta filwaqt li Morgan Gibbs-White (45) u Danilo Oliveira (57) skorjaw għall-Forest.
Bournemouth v Man Utd – Manchester United marru għand Bournemouth u spiċċaw fi draw ta’ 2-2 biex niżlu fis-seba’ post.
Huma reġgħu ddiżappuntaw hekk kif kienu dejjem fl-iżvantaġġ biż-żewġ goals jaslu minn Bruno Fernandes (31, 65 pen) wara li ċ-Cherries skorjaw minn Dominic Solanke (16) u Justin Kluivert (36).