Manchester City komplew jesponu l-kriżi ta’ Liverpool meta f’darhom umiljawhom bl-iskor ta’ 4-1 biex dawn tal-aħħar ħadu skoss ieħor fit-tenattiv li jkomplu jisfidaw għal post fil-UEFA Champions League.
Il-goals waslu minn Julian Alvarez (27), Kevin De Bruyne (46), Ilkay Gundogan (53) u Jack Grealish (74) wara li Mohamed Salah (17) fetaħ l-iskor għal Liverpool.