Tuesday, May 14, 2024

Jinstabu 8 immigranti oħrajn mejtin fix-xmara bejn il-Kanada u l-Istati Uniti

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Amerikani qalu li kienu sabu 8 persuni mejtin, kollha immigranti, li fosthom kien hemm żewġt itfal. Huma kienu qegħdin jipprovaw jaqsmu b’mod illegali mill-Kanada lejn l-Istati Uniti.

Kien ħelikopter li jagħmel ronda kontinwa qrib ix-xmara St Lawrence li lbieraħ filgħaxija ra żewġ katavri. MIll-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-vittmi huma familja mir-Rumanija u oħra mill-Indja.

Il-Pulizija qalu li l-ewwel katavri kien insab għall-ħabta tal-5.00pm biex imbgħad hekk kif kompliet it-tfittxija bdew jinstabu aktar katavri. Għall-ewwel ma kienx hemm indikazzjoni min setgħu kienu, pero dokumenti li nstabu fuq il-vittmi, ġie stabbilit li dawn huma kollha immigranti. L-indentia tagħhom għadha ma ġiex żvelata mill-awtoritajiet.

Iżda skont rapport fil-midja internazzjonali, l-iżgħar persuna kien tifel li għandu inqas minn 3 snin. Hu għandha passaport Kanadiż li kien qed jinġarr mill-qraba tiegħu. L-ieħor hu tifel li għandu madwar sena u li għandha ċittadinanza Kanadiża.

Kelliem għall-pulizija qalet li mijiet ta’ immigranti qegħdin ta’ kuljum jipprovaw jaqsmu x-xmara biex mill-Kanada jmorru jgħixu fl-Istati Uniti. Hija kompliet tgħid li mhux dejjem jirnexxilhom u fl-aħħar xhur qiegħed ikun hemm ħafna vittmi minħabba li l-immigranti ma jkunux jafu l-kurrenti tax-xamara u jispiċċaw jgħerqu.

Fatt kurjuż hu li fil-Kanada bħalissa hemm bżonn ħafna ħaddiema, u allura dawn żgur li ma pprovawx jaħarbu mill-pajjiż minħabba nuqqas ta’ xogħol.

Sport