Manchester City reġgħu sabu l-forma meta laqgħu lil Wolves u għelbuhom bl-iskor ta’ 3-0 biex saħħew it-tieni post tal-klassifika.
Bla dubju, il-protagonista tas-Citizens kien l-attakkant Norveġiż, Erling Haaland, li skorja l-goals kollha.
L-ewwel goal tiegħu wasal fid-39 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras.
Fid-49 minuta huwa rdoppja minn penalty biex dan kien it-30 goal tiegħu tal-istaġun fil-kompetizzjonijiet kollha.
Erba’ minuti wara, huwa ssiġilla r-rebħa meta rċieva mingħand Riyad Mahrez wara li approfitta minn żball tal-goalkeeper Jose Sa.