Thursday, April 18, 2024

Żagħżugħ iweġġa’ gravi f’argument fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Żagħżugħ weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-10:15 p.m kien involut f’argument fi Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta. Qed ikun allegat li fl-istess argument ġew aggrediti erba’ minuri.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li grupp ta’ żgħażagħ kienu involuti fl-imsemmi argument u li allegatament kien hemm erba’ minuri li sfaw aggrediti minn aggressuri li ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa liż-żagħżugħ ta’ 15-il sena lejn l-Isptar Mater Dei. It-tlieta l-oħra ngħataw il-kura f’Ċentru tas-Saħħa.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport