Tuesday, April 30, 2024

Premier League Ingliż: Manchester City jerġgħu jsibu l-forma

Aqra wkoll

Manchester City reġgħu sabu l-forma meta laqgħu lil Wolves u għelbuhom bl-is­kor ta’ 3-0 biex saħħew it-tieni post tal-klassifika. 

Bla dubju, il-protagonista tas-Citizens kien l-attakkant Norveġiż, Erling Haaland, li skorja l-goals kollha.

L-ewwel goal tiegħu wasal fid-39 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras. 

Fid-49 minuta huwa rdoppja minn penalty biex dan kien it-30 goal tiegħu tal-istaġun fil-kompetizzjonijiet kollha. 

Erba’ minuti wara, huwa ssiġilla r-rebħa meta rċieva mingħand Riyad Mahrez wara li approfitta minn żball tal-goalkeeper Jose Sa. 

Sport