Saturday, December 21, 2024

Premier League: Liverpool jiftħu vantaġġ ta’ tmien punti

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, il-leaders Liverpool marru għand Southampton u kellhom jitħabtu biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2. Iżda din ir-rebħa kienet tfisser li huma fetħu vantaġġ ta’ tmien punti fuq l-eqreb rivali, Manchester City. 

Kien Dominik Szoboszlai (30) li fetaħ l-iskor għar-Reds iżda, fit-42 minuta, is-Saints ingħataw penalty li kien wieħed diskutibbli. Mill-11-il metru, il-goalkeeper Caoimhin Kelleher, laqa’ parzjalment ix-xutt ta’ Adam Armstrong iżda mir-rebound il-player ta’ Southampton xeħet il-ballun fix-xibka. 

Fis-56 minuta, Mateus Fernandes poġġa lis-Saints għall- ewwel darba fil-vantaġġ u kien hemm antiċipazzjoni li kienu se joħolqu xi sorpriża. 

Iżda għal darb’oħra l-Eġizzjan, Mohamed Salah, kien providenzjali meta dawwar l-iskor għal Liverpool permezz ta’ doppjetta fil-65 u fit-83 minuta bl-aħħar goal jasal minn penalty.  

Ipswich v Man Utd – Fl-ewwel partita tal-coach il-ġdid, Ruben Amorim, Manchester United spiċċaw fi draw ta’ 1-1 għand Ipswich. Kien Marcus Rashford (2) li fetaħ l-iskor għall-United iżda Omari Hutchinson (43) kiseb id-draw għat-Tractor Boys li ġew imċaħħda minn bosta saves determinanti tal-goalkeeper, Andre Onana.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport