Wednesday, July 24, 2024

Premier League: Man City imorru għand Newcastle

Aqra wkoll

Għat-tieni darba f’dawn l-aħħar ftit snin bħalissa tinsab fis-seħħ il-waqfa tax- xitwa li fiha kull team ikollu waqfa ta’ ġimgħatejn li fiha l-programm  tal-21 ġurnata tal-Premier League Ingliż se tkun maqsuma  f’10 timijiet jilagħbu fi tmiem din il-ġimgħa u l-10 l-oħra jilagħbu fi tmiem il-ġimgħa d-dieħla.

Dan il-programm jinkludi liż-żewġ timijiet ta’ Manchester li se jilagħbu kontra avversarji li jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika. Is-City se jmorru għand Newcastle waqt li l-United se jilqgħu lil Tottenham.

Iċ-champions sejrin f’St James Park b’rekord mhux daqstant familjari magħhom f’dawn l-aħħar snin meta mill-aħħar ħames logħbiet ħadu tliet rebħiet u draw u tilfu waħda għalkemm l-aħ­ħar żewġ ħarġiet kienu reb­ħiet.

Mhux l-istess jista’ jingħad għall-Magpies li sofrew erba’ telfiet u kisbu rebħa biss bl-aħħar telfa tkun kontra Luton jumejn qabel il-Milied li xejn ma kienet mistennija.

Min-naħa tal-United, li jinsabu fit-tmien post, kisbu rebħa u draw biss fl-aħħar ħa­­mes logħbiet bit-tlieta l- oħra jitilfuhom.

Meta għadha għaddejja s- saga ta’ Jim Ratcliffe biex finalment jingħaqad mal-bord tal-club, it-team xejn mhu qed ikollu wirjiet tajbin min­kejja li nhar it-Tnejn għelbu lil Wigan ta’ League One 2-0 fit-tielet round tal-FA Cup.

Barra minn hekk għandhom l-inċertezzi ta’ players deħ­lin u ħerġin mill-club bl- in­stabbiltá li qed ikollu l- club qed tirrifletti fuq il-players.

Il-programm jibda llum b’logħba bejn żewġ timi­jiet fiż-żona tar-relegazzjoni, Burn­ley u Luton Town, li se jiltaqgħu f’Turf Moor, fejn bħalissa l-Hatters qed igawdu erba’ punti vantaġġ fuq il-Clarets.

Il-logħba ta’ għada kmieni wara nofs in-nhar hija d-derby ta’ Londra li fiha Chelsea jilqgħu lil Fulham meta b’ kum­binazzjoni din il-ġim­għa ż-żewġ timijiet sfaw megħluba fl-ewwel legs tas-semi-finali tal-League Cup.

Il-Blues tilfu 1-0 b’goal fl- ewwel taqsima kontra Middlesbrough fir-Riverside Stadium waqt li l-Cottagers sfaw megħluba 2-1 minn Liverpool f’Anfield wara li kienu huma li marru fil-vantaġġ.

Il-logħba l-oħra f’dan il- programm ridott tara lil Everton jospitaw lil Aston Villa li jinsabu fit-tieni post tal-klassifika tliet punti wara l-leaders Liverpool.

It-Toffeemen se jkollhom lill-attakkant Dominic Calvert-Lewin fit-team wara li appellaw b’suċċess il-karta l- ħamra li ntwera kontra Cry­stal Palace fl-FA Cup.

Ekonomija

Sport