Wednesday, July 24, 2024

Premier League: Man City jaqżbu fl-ewwel post

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester City, qabżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika meta barra minn darhom huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 4-0 … biex issa l-pressjoni tinsab kollha fuq Arsenal hekk kif illum immorru f’Old Trafford biex jaffrontaw lil Manchester United.

Barra minn hekk, Burnley sfaw re­legati. 

Fulham v Man City – Manchester City kienu fi klassi għalihom biex ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 4-0.

Il-goals waslu minn doppjetta ta’ Josko Gvardiol (13, 71), Phil Foden (59) u Julian Alvarez (96) minn penalty wara li Issa Diop waqqa’ lill-istess Alvarez fil-kaxxa biex intwera t-tieni karta safra u tkeċċa. 

Bournemouth v Brentford – Barra minn darhom Brentford għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 2-1, b’goals minn Bryan Mbeumo (87) u Yoane Wissa (95) filwaqt li  Dominic So­lanke (90) skorja għaċ-Cherries.  

Everton v Sheffield U. – Everton għelbu lit-team diġá relegat, Sheffield Uni­ted, bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn Abdoulaye Doucoure (31).

Newcastle v Brigh­ton – Dawn iż-żewġ timijet spiċċaw fi draw ta’ 1-1. Joel Veltman (18) fetaħ l-iskor għal Brighton filwaqt li Sean Longstaff (45) kiseb id-draw għat-team ospitu. 

Tottenham v Burnley– Tottenham Hotspur dawru telfa f’rebħa biex għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 2-1, bl-iskorers ikunu Pedro Porro (32) u Micky van de Ven (82) wara li Jacob Bruun Larsen (25) fetaħ l-iskor għall-viżitaturi. 

West Ham v Luton– Anke West Ham dawru r-riżultat meta għelbu lil Luton 3-1. Kien Albert-Mboyo Lokonga (6) li fetaħ l-iskor għal Luton iżda goals minn James Ward-Prowse (54), Tomas Soucek (66) u George Earthy (77) taw ir-rebħa lill-Hammers. 

Wolves v C. Palace – F’darhom Wolves sfaw megħluba 3-1 minn Crystal Palace, bl-iskorers ikunu Michael Olise (26), Jean-Philippe Mateta (28) u Eberechi Eze (73) filwaqt li Matheus Cunha (68) skorja għal Wolves. Il-Palace kellhom lil Naouirou Ahamada (87) għal żewġ karti sofor.

Nottm F. v Chelsea – Chelsea għelbu lil Nottingham Forest bl-iskor ta’ 3-2 bl-iskorers ikunu Mykhailo Mudryk (8), Raheem Sterling (80) u Nicolas Jackson (82) filwaqt li Willy Boly (16) u Callum Hudson-Odoi  (85) wieġebu għall-Forest. 

Ekonomija

Sport