Marcus Rashford u Jadon Sancho ngħaqdu flimkien biex ċaħħdu lil Leeds United, mingħajr manager, rebħa rari f’Old Trafford hekk kif Manchester United irkupraw minn żewġ goals minn taħt biex kisbu punt minn konfront eċċitanti bejn ir-Roses.
L-ospiti dehru megħluba meta Raphael Varane (1) dawwar ix-xutt ta’ Crysencio Summerville fix-xibka tiegħu stess biex poġġa lil Leeds tnejn minn fuq wara li Wilfried Gnonto (48) kien tahom vantaġġ fl-ewwel minuta.
Iżda Rashford (62) naqqas id-distakk bin-nofs meta bir-ras naqqas id-distakk minn cross ta’ Diogo Dalot qabel ma Sancho (70), lura għad-dmirijiet tal-ewwel team wara li rkupra minn kwistjonijiet fiżiċi u mentali, skorja l-ewwel goal tiegħu fil-Premier League minn Settembru meta sab ix-xibka minn 10 jardi wara li Luke Shaw kellu x-xutt inizjali jiġi mblukkat.
Ir-riżultat jara lil Leeds punt ‘il bogħod miż-żona tar-relegazzjoni u ‘l fuq minn West Ham fis-16-il post, għalkemm wara dan il-konfront mill-isbaħ, iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu f’Elland Road nhar il-Ħadd li ġej.