Tuesday, May 14, 2024

FA Cup: Fulham l-aħħar li jgħaddu għall-ħames round

Aqra wkoll

L-aħħar logħba mill-ħames replays tar-raba’ round tal-FA Cup li saru din il-ġimgħa kienet dik li rat lil Fulham tal-Premier League jegħlbu lil Sunderland ta’ League One 3-2 fli Stadium of Light u fir-round li jmiss se jilqgħu lil Leeds United fi Craven Cottage.

Għal Fulham skorjaw Harry Wilson (8), Andreas Pereira (59) u Layvin Kurzawa (82) waqt li Jack Clarke (77) u Jewison Bennette (90) wieġbu għall-Black Cats.

Il-poloz riveduti tal-ħames round tal-FA Cup huma:

Southampton v Grimsby

Leicester v Blackburn

Stoke C. v Brighton

Sheffield U. v Tottenham

Fulham v Leeds U.

Bristol C. v Manchester C.

Man U. v West Ham

Burnley v Fleetwood T.

Jintlagħbu f’nofs il-ġimgħa li tibda 27 ta’ Frar.

Sport