Fil-Premier League Ingliż, Manchester United kellhom jitħabtu biex għelbu lil Nottingham Forest 3-2 wara li kienu fi żvantaġġ ta’ żewġ goals bil-Forest jispiċċaw jilagħbu bi player inqas f’nofs it-tieni taqsima.
Bournemouth v Tottenham – Tottenham komplew bil-ftuħ pożittiv meta barra minn darhom għelbu lil Bournemouth 2-0, bl-iskorers ikunu James Maddison (17) u Dejan Kulusevski (63).
Arsenal v Fulham – F’darhom Arsenal ġew miżmuma fi draw ta’ 2-2 minn Fulham li kellhom lil Calvin Ughelumba (83) imkeċċi.
Fulham skorjaw l-ewwel u l-aħħar minn Andreas Pereira (1) u Joao Palhinha (87) filwaqt li Bukayo Saka (70 pen) u Edward Nketiah (72) irrispondew għall-Gunners.
Brentford v C. Palace – Brentford u Crystal Palace temmew fi draw ta’ 1-1. Kevin Schade (18) fetaħ l-iskor għal Brentford iżda Joachim Andersen (76) kiseb id-draw għall-Palace.
Everton v Wolves – Wolves irreġistraw l-ewwel rebħa meta marru għand Everton u rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0 li għadhom bla punt u huma l-uniku team li naqas li jiskorja. Il-goal importanti wasal minn Sasa Kalajdzic (87).
Man Utd v Nottm F.– Manchester United dawru telfa b’rebħa kontra Nottinham Forest bl-iskor ta’ 3-2 b’goals minn Christian Eriksen (17), Casemiro (52) u Bruno Fernandes (76 pen) wara li Taiwo Awoniyi (2) u Willy Boly (4) fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals għall-Forest li kellhom lil Joe Worrall (67) imkeċċi.
Brighton v West Ham – West Ham telgħu fl-ewwel post meta komplew fejn ħallew kontra Chelsea meta marru għand Brighton u rebħu bl-iskor identiku ta’ 3-1.
Din it-telfa ġiet bħala sorpriża għal Brighton iżda ma jitneħħa l-ebda mertu mill-Hammers li għalihom skorjaw James Ward-Prowse (19), Jarrod Bowen (58) u Michail Antonio (63) filwaqt li Pascal Gross (81) wieġeb għas-Seagulls.