Friday, November 15, 2024

President ġdid għas-Somalja f’elezzjoni li fiha vvutaw 327 persuna biss

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-eks mexxej tas-Somalja Hassan Sheikh Mohamud ġie elett President permezz ta’ vot li kien miftuħ biss għall-Membri Parlamentari tal-pajjiż.

Huwa kiseb maġġoranza fuq il-president attwali, Mohamed Abudallahi Farmajo, li ilu fil-kariga mill-2017.

Minħabba tħassib dwar is-sigurtà f’każ li kellha ssir elezzjoni aktar wiesgħa, il-votazzjoni kienet limitata għat-328 Membru Parlamentari tas-Somalja. Wieħed minnhom għażel li ma jitfax il-vot tiegħu.

Mohamud kiseb 214-il vot, filwaqt li Farmajo kiseb 110 voti.

Qiegħed ikun rappurtat li minbarra dak li għażel li ma jitfax il-vot, kien hemm tlieta oħra li ħassru l-vot tagħhom.

Fost responsabbiltajiet oħra, fl-erba’ snin li ġejjin Mohamud mistenni jindirizza l-impatt tan-nixfa. F’dan ir-rigward, n-Nazzjonijiet Uniti qed ibassru li 3.5 miljun Somali huma f’riskju ta’ ġuħ qawwi.

Ekonomija

Sport