Saturday, May 4, 2024

Il-Premier League Ingliż jerġa’ jinfetaħ?

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż West Ham żammew lil- leaders Manchester City fi draw ta’ 2-2 biex teżisti possibbiltá għal tmiem inċert jekk għada Liverpool jegħlbu lil Southampton biex ji­tilgħu punt wieħed biss taħt is-Citizens meta jkun għad fadal partita waħda.  

West Ham fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals minn Jarrod Bowen (24, 45) iżda Jack Grealish (49) u auto-goal ta’ Vladimir Coufal (69) kisbu d-draw għas-Citizens. 

Riyad Mahrez (86) falla penalty għas-City li jista’ jkun detrimentali għar-rebħ tat-titlu.  

Tottenham v Burnley – Tottenham irreġistraw reb­ħa mill-aktar importanti fuq Burnley bl-iskor ta’ 1-0. Permezz ta’ dawn it-tliet punti, Spurs qabżu lil Arsenal fir-raba’ post iżda l-Gunners iridu jirkupraw partita. 

Min-naħa ta’ Burnley, dawn baqħu fil-periklu tar- relegazzjoni hekk kif jidher li t- taqtiegħa se tkun ma’ Leeds United u Everton.

L-uniku goal tal-partita wasal minn penalty ta’ Harry Kane fis-sitt minuta tal-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. 

Aston Villa v C. Palace – F’darhom Aston Villa ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Crystal Palace. 

Kien Ollie Watkins (69) li fetaħ l-iskor għall-Villans iżda Jeffrey Schlupp (82) kiseb id-draw għall-Palace. 

Leeds U. v Brighton – Leeds United kisbu punt mill-aktar importanti fit-tentattiv li jsalvaw mir-relegazzjoni meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Brighton. 

Kien Danny Welbeck (21) li fetaħ l-iskor għal Brighton iżda Pascal Struijk (93) kiseb id-draw għal Leeds. 

Watford v Leicester – Leicester City marru għand Watford u rreġistraw goleada ta’ 5-1 bil-protagonisti jkunu James Maddison (18), Jamie Vardy (22, 70) u Harvey Barnes (46, 86) wara li Joao Pedro (6) fetaħ l-iskor għal Watford. 

Wolves v Norwich – Wol­ves u Norwich temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Teemu Pukki (37) lil fetaħ l-iskor għall-Canaries iżda Rayan Ait Nouri (55) kiseb id-draw għal Wol­ves. 

Everton v Brentford – Everton ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw biex isalvaw posthom meta f’darhom sfaw megħ­luba 3-2 minn Brentford b’goals minn Seamus Coleman (37 og), Yoane Wissa (62) u Rico Henry (64) filwaqt li Richarlison (10, 45 pen) skorja għal Everton li kellhom lil Jarrad Branthwaite (18) u Salomon Rondon (88) imkeċċija. 

Sport