Sunday, December 29, 2024

Prestazzjoni b’saħħitha minn Team Malta fit-Triathlon Mixed Relay fil-Commonwealth Youth Games

Aqra wkoll

F’Buccoo Beach Facility, ġurnata oħra ta’ kompetizzjoni tal-Commonwealth Youth Games li qed isiru fi Trinidad & Tobago.   

L-attenzjoni kien fuq it-tim Malti magħmul minn Kai Azzopardi u Keira Attard, li kkompetew fil-Mixed Team Relay Super Sprint tat-triathlon li saret f’Buccoo Beach Facility, f’Tobago.

Wara r-riżultati tajbin tagħhom aktar kmieni din il-ġimgħa, l-attenzjoni llum kienet iffukata fuq Kai Azzopardi u Keira Attard li spiċċaw fit-tmien post fost 19-il tim, f’dik li kienet kompetizzjoni ikkontestata ħafna.

Bit-temperatura tal-baħar laħqet is-27,9 grad u t-temperaturi tal-art laħqu l-31 grad, il-kundizzjonijiet kienu konsiderevolment iebsa madankollu, kemm Azzopardi kif ukoll Attard wrew il-ħila tagħhom li taw prestazzjoni komposta u determinata matul il-ħin kollu.

Huma temmew fit-tmien post fost 19 il-tim.  Azzopardi u Attard kellhom ħin totali ta’ 44 minuta u 12 il-sekonda b’distakk ta’ 3 minuti u 14 il-sekonda mill-Awstralja rebbieħa tal-kompetizzjoni.

Fit-tieni post b’distakk ta’ 25 sekonda temmew l-Iskozja qabel Jersey b’distakk ta’ 39 sekonda.

“Kburin ħafna b’dak li kiseb Team Malta llum. Din hija l-ewwel darba li t-Triatleti kkompetew f’dawn il-Logħob taż-Żgħażagħ, fejn il-livell huwa għoli ħafna. L-investiment li l-Kumitat Olimpiku Malti għamel f’dawn l-atleti qed iħalli l-frott u ħerqana li naraw aktar żvilupp f’dan l-isport” ikkummentat Maria Vella-Galea, Chef de Mission u Direttur tal-MOC għall-Midja.

Il-kontinġent Malti huwa magħmul minn Maria Vella-Galea, Chef de Mission, Keira Attard, Kai Azzopardi u Ryan Muscat. Huma kienu kkumpanjati minn Warren Muscat bħala kowċ.

Ekonomija

Sport