Saturday, December 21, 2024

Preżentatriċi tirbaħ €9,817 lil kumpanija li ma ħallsithix

Aqra wkoll

Maġistrat ordnat kumpanija tħallas €9,817 lil preżentatriċi wara li temmitilha kuntratt u ma ħallsithix ta’ xogħol li kellha tagħmel għal klijenta tagħha.

Andreana Debattista fetħet il-kawża kontra Studio 7 Productions Limited fil-Qorti tal-Maġistrati.

Quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia rriżulta li fl-2013 Timothy Bartolo Parnis, f’isem il-kumpanija, kellem lil Debattista biex tippreżenta lotterija li kellha ssir ‘online’ mill-kumpanija Yggdrasil Gaming Limited li kienet klijenta tal-kumpanija. 

Dak iż-żmien Debattista kienet tagħti servizz simili lil Maltco Lotteries Limited u għalhekk infurmatha bl-offerta b’din tal-aħħar tgħidilha li ma setgħetx taħdem mat-tnejn.

Peress li l-offerta tal-Yggdrasil Gaming Limited kienet aktar vantaġġjuża Debattista rriżenjat minn mal-Maltco u iffirmat ftehim magħha bħala preżentattriċi.

Għalkemm ħadet sehem fi provi tal-programm li kellu jsir dan qatt ma beda bl-istess rappreżentant tal-kumpanija jgħidilha li kien għad ma kellhix liċenzja.

Il-kumpanija offriet li tħallasha bin-nifs u sakemm Debattista ikkonsultat mal-avuakt tagħha hija kienet infurmata mill-istess kumpanija li l-ftehim kien terminat.

Wara li semgħet liż-żewġ naħat il-Maġistrat Farrugia tat raġun lill-preżentattriċi u ordnat lill-kumpanija Studio 7 tħallasha tal-flus li ftehmet li tagħtiha.

Ekonomija

Sport