Wednesday, July 24, 2024

Tifel isofri ġrieħi gravi wara li jinttajjar minn vettura

Aqra wkoll

Tifel ta’ 14-il sena sofra ġrieħi gravi wara li ttajjar minn vettura f’Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12.15 p.m. fi Triq ix-Xagħjra.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn jirriżulta li t-tifel intlaqat minn vettura tat-tip Isuzu li kienet misjuqa minn raġel Taljan ta’ 46 sena li jgħix Marsaskala.

It-tifel, li joqgħod Ħaż-Żabbar stess, ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport