Friday, November 29, 2024

Preżentazzjoni tal-ktieb ‘Soċjetà Ġusta Għal Żminijietna’ lill-Ispeaker Anġlu Farrugia

Aqra wkoll

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia laqa’ fl-uffiċċju tiegħu lis-Sur Godwin Saliba u lis-Sur Joe Rossi, il-koordinatur u s-segretarju, rispettivament, tas-Segretarjat Assistenza Soċjali (SAS) tal-Azzjoni Kattolika Maltija, li ppreżentawlu l-ktieb ‘Soċjetà Ġusta Għal Żminijietna’.

Din il-pubblikazzjoni tiġbor fiha diversi diskorsi u konklużjonijiet li saru waqt konferenza organizzata mill-istess Segretarjat Assistenza Soċjali.  

L-Ispeaker Farrugia rringrazzja lis-Sur Saliba u lis-Sur Rossi u faħħarhom għall-ħidma li qed tagħmel din l-għaqda f’pajjżna f’dik li hi għajnuna lil min hu fil-bżonn u lil min ikun qed iħabbat wiċċu ma’ diffikultà fis-soċjetà tagħna. Waqt il-laqgħa saret referenza wkoll għas-sehem li jagħti s-Segretarjat Assistenza Soċjali għal soċjetà aktar ġusta minn kull aspett, għaliex b’mod dirett jew indirett kull aspett finalment jaf ikollu effett fuq l-istess soċjetà li ngħixu fiha.

Sport