Wednesday, April 24, 2024

Tifel ta’ sentejn fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular u nofs

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tifel ta’ sentejn jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ madwar sular u nofs minn ġo tieqa.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tal-10.30a.m. fi Triq ir-Rattan, il-Mellieħa.

Huwa ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia li ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport