Sunday, December 22, 2024

Prinċipal ta’ skola kellha tirreżenja wara li ġenitur ilmenta dwar pornografija fi klassi tal-arti

Aqra wkoll

Il-Prinċipal ta’ skola fi Florida kellha tirreżenja wara li ġenitur ilmenta li l-istudenti kienu esposti għall-pornografija.

Il-ġenitur ilmenta li l-istudenti li kienu qegħdin waqt lezzjoni tal-arti ta’ żmien ir-Rinaxximent ġew murija l-Istatwa ‘David’ ta’ Michelangelo. L-istatwa ikonika hija waħda mill-aktar statwi famużi fl-istorja.

L-istatwa li fiha 5.17 metru turi lil David kompletament għarwien, il-figura bibblika li qatel lill-ġgant Gulija.

Il-lezzjoni, mogħtija lil tfal ta’ 11 u 12-il sena, inkludiet ukoll referenzi għall-pittura “Creation of Adam” ta’ Michelangelo u t-“Birth of Venus” ta’ Botticelli.

Il-Prinċipal tal-iskola klassika ta’ Tallahasse Hope Carrasaquilla, li ntqal li ilha inqas minn sena fl-irwol, ingħatat għażla pjuttost sempliċi. Hi ma kellhiex għażla oħra għajr li tirreżenja jew inkella kienet se tiġi mkeċċija mill-bord tal-iskola.

Ekonomija

Sport