Saturday, September 5, 2026
Home Sport Probabbiltá li Cristiano Ronaldo u Lionel Messi se jilagħbu flimkien għall-ewwel darba...

Probabbiltá li Cristiano Ronaldo u Lionel Messi se jilagħbu flimkien għall-ewwel darba …

0
49

Cristiano Ronaldo u Lionel Messi jistgħu jilagħbu flimkien għall-ewwel darba fil-karriera tagħhom f’logħba ta’ tislima organizzata minn Carlos Tevez. 

Tevez, li rtira fl-2021 wara li lagħab l-aħħar ma’ Boca Juniors, qed jippjana avveniment f’La Bombonera, l-istadium ta’ Boca Juniors, f’Diċembru li ġej. 

Skont rapporti mill-Arġentina, Tevez kiseb permess biex juża l-istadium u jixtieq jistieden madwar 60 player li kellu kuntatt magħhom matul il-karriera tiegħu.

Il-pjan hu li jkun hemm żewġ timijiet: wieħed magħmul minn ħbieb qrib ta’ Tevez, filwaqt li l-ieħor ikun jinkludi eks sħabu tat-team mill-clubs differenti li rrappreżenta. 

Messi u Tevez lagħbu flimkien mat-tim nazzjonali tal-Arġentina, filwaqt li Ronaldo u Tevez kienu kollegi ma’ Manchester United għal żewġ staġuni. 

Għalkemm għad m’hemmx konferma li Ronaldo jew Messi se jattendu, il-possibbiltà li jilagħbu fl-istess team qed tqajjem interess kbir fost il-partitarji. 

It-tnejn kienu rivali għal aktar minn 20 sena u ddominaw il-football Ewropew.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here