Thursday, July 3, 2025

Probation wara li darab żewġ uffiċjali tal-pulizija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 42 sena tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal żmien tliet snin wara li ammetta li darab żewġ uffiċjali tal-pulizija, wieħed minnhom b’mod gravi. 

Clayton Massa kien mixli li kkawża ġrieħi gravi fuq Spettur tal-Pulizija mit-Taqsima ta’ Kontra l-Vjolenza Domestika f’Mejju tas-sena l-oħra.

Huwa kien mixli wkoll li kkaġuna ġrieħi ħfief fuq Kuntistabblii, li hedded u nsulenta liż-żewġ uffiċjali tal-pulizija u m’obdiex l-ordnijiet tagħhom. 

Meta tressaq fil-Qorti huwa kien wieġeb mhux ħati tal-akkużi iżda aktar tard ammetta għall-akkużi. 

Il-Qorti osservat li filwaqt li Massa kien ammetta għall-akkużi, l-eks sieħba tiegħu kienet irrinunzjat għall-akkużi wara li ma xehditx fil-proċeduri kontrih. Dan wassal biex l-imputat ma jinstabx ħati ta’ dawn iż-żewġ akkużi fir-rigward tal-eks sieħba tiegħu.

Dwar l-akkużi l-oħra, il-Qorti kkunsidrat in-natura tal-akkużi, l-ammissjoni tiegħu u l-istadju avvanzat tal-proċeduri. Il-Qorti ħadet nota wkoll ta’ rapport imħejji mill-uffiċjal tal-probation li nnota li kien għamel progress biex inaqqas id-dipendenza tiegħu fuq id-drogi u l-alkoħol. 

Fuq ammissjoni tiegħu stess, Massa tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal tliet snin kif ukoll inħarġet ordni ta’ trattament għall-istess żmien biex tgħinu jindirizza l-problema tad-droga.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport