Sunday, December 22, 2024

Probation wara li seraq diversi oġġetti minn supermarket fil-Mosta

Aqra wkoll

Fabio Vella ta’ 32 sena tpoġġa taħt probation għal tliet snin wara li ammetta li seraq minn supermarket fil-Mosta u kkaġuna ġrieħi ħfief fuq persuna oħra. 

Il-każ seħħ nhar il-Ħamis 30 ta’ Novembru 2023, fil-ħin ta’ bejn l-4.15 p.m. u l-5.00 p.m. fl-istabbiliment Lidl li jinsab fi Triq id-Difiża Ċivili. 

Minbarra l-akkuża li seraq diversi oġġetti u l-ikkaġunar ta’ ġrieħi ħfief, l-akkużat kien ukoll mixli li sar riċediv b’diversi sentenzi mogħtija lilu mill-Qorti tal-Maġistrati. 

Ix-xahar li għadda huwa rreġistrat ammissjoni għall-akkużi miġjuba kontrih, liema ammissjoni kienet ikkonfermata wara li l-Qorti wissietu bl-implikazzjonijiet legali tagħha u tatu żmien biżżejjed biex jikkunsidra l-pożizzjoni tiegħu. 

Għall-finijiet ta’ piena, il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella kkunsidrat in-natura tar-reati li bihom ġie mixli l-imputat u li ġew ammessi minnu u kif ukoll ħadet kunsiderazzjoni tal-fatt li huwa għandu problema ta’ abbuż ta’ droga. 

Kien għalhekk li poġġietu taħt ordni ta’ probation għal żmien tliet snin kif ukoll taħt ordni ta’ trattament għall-istess perjodu biex tkun indirizzata l-problema akuta ta’ abbuż ta’ droga li għandu. 

Ekonomija

Sport