Min-naħa tagħha d-Deputata Nazzjonalista Janice Chetcuti, waqt is-seduta parlamentari tal-lejla staqsiet numru ta’ mistoqsijiet rigward l-Awtorità tal-Ippjanar u l-azzjonijiet li qiegħda tieħu kontra l-abbuż.
Chetcuti qalet li hija inkwetanti ferm li aktar minn 70 fil-mija taż-żgħażagħ tagħna qegħdin jagħżlu li jitilqu minn xtutna. Hija żiedet tgħid li mhijiex qiegħda terġa’ tikkwota din l-istatistika b’negattività iżda għax hemm bżonn li din tittieħed b’iżjed serjetà.
Filwaqt li nnnutat dwar binjiet li huma estetikament sbieħ u fihom x’tara, oħrajn qegħdin jgħaddu minn problema fejn iħallsu ammont sostanzjali biex jixtru post nieqes mill-bini sakemm fi fi ftit xhur jew snin jispiċċaw mdawrin bi blokok kbar ta’ flats li joħonquk. Agħar minn hekk, hija sostniet li hemm dawk li jħallsu prezz ogħla biex igwadu minn veduta sakemm din ukoll tiġi kkundannata għall-bini ftit żmien wara.