Tuesday, May 14, 2024

“Trid tkun altru fis-sħab biex tkun kelliem ta’ Partit ewlieni u tikkwota liġi b’oħra fi stqarrija uffiċjali”

Il-Gvern jassigura li kull rapport li jidħol għand id-DIER jittieħed bis-serjetà

Aqra wkoll

Il-Gvern jassigura li kull rapport li jidħol għand id-DIER jittieħed bis-serjetà u jiġi investigat anke jekk isir b’mod anonimu

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul rrefera għall-istqarrija tal-Oppożizzjoni dwar il-Liġi tal-Ħaddiema tal-Pjattaformi u nnota li sfortunatament, din hija bbażata fuq fatti żbaljati. 

Inqal li saħansitra, l-Oppożizzjoni titkellem fuq direttiva tal-Unjoni Ewropea li skontha l-Gvern għamel ‘copy u paste’ tagħhom meta din id-direttiva kellha u għandha skop differenti minn dak li tirregola l-liġi tal-pjattaforma li introduċa l-Gvern Malti.

Tant hu hekk, li bħalissa fuq livell Ewropew, qed tiġi diskussa Direttiva oħra li tikkonċerna l-ħaddiema tal-pjattaformi, bil-liġi Maltija tkun waħda mill-mudelli li diversi membri stati, imma wkoll partijiet interessati oħrajn, qed jimbuttaw ‘il quddiem bħala mudell għal-liġi Ewropea. Dan jista’ jiġi kkonfermat mill-unions ewlenin Maltin.

Fir-rigward tat-tisħiħ tad-DIER, il-Gvern osserva li x-xogħol f’dan ir-rigward hu kontinwu tant li din hija wkoll proposta elettorali, u x-xogħol f’dan il-qasam jinsab għaddej.

Fl-aħħar nett, il-Gvern jassigura li kull rapport li jidħol għand id-DIER, jittieħed bis-serjetà, u jiġi investigat, anke jekk isir b’mod anonimu. Għaldaqstant, huwa importanti li kull ħaddiem li jħoss li qiegħed jiġi sfruttat, jagħmel rapport minnufih. Sadanittant, id-DIER ser ikompli għaddej bl-investigazzjonijiet tiegħu li jsiru minn żmien għal żmien.

Fil-kummenti tiegħu Ellul qal li “Trid tkun altru fl-isħab biex tkun kelliem ta’ Partit ewlieni, tikkwota liġi b’oħra fi stqarrija uffiċjali, imbagħad biex tkompli tħawwad, lanqas biss tkun taf li għadha qed tiġi diskussa liġi tal-pjattaformi fuq livell Ewropew, fejn il-liġi Maltija qed tiġi imbuttata bħala waħda mill-mudelli. Mhux ta’ b’xejn il-Partit Nazzjonalista qiegħed fl-istat li qiegħed”.

Sport